News

The Exhibition Redemptione (7)Nhar il-Ħamis 9 ta’ Mejju filgħaxija Mons. Isqof Mario Grech u l-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Anton Refalo, ingħaqdu mal-komunità tas-Seminarju għall-ftuħ tal-wirja Redemptione li qed tittella’ fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi.  Din ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana tal-Arti Sagra f’kollaborazzjoni mas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù.

L-ewwel parti ta’ din il-wirja ttellgħet fi żmien il-Milied u ġabet l-isem Incarnatione.  Kif jixhdu t-titli: il-wirja ta’ Diċembru li għadda ppreżentat il-misteru tal-Inkarnazzjoni filwaqt li dik ta’ issa ttrattat il-misteru tal-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu.  Wieħed jista’ jsib diversi xogħlijiet tal-arti sagra esibiti f’din il-wirja.  Fr Joseph Calleja, mill-Kummissjoni Djoċesana tal-Arti Sagra, fil-ftuħ tal-wirja, spjega tajjeb li dawn ix-xogħlijiet sagri nġabu minn diversi knejjes Għawdxin u anke minn xi kollezzjonijiet privati f’Għawdex.

News feed 37.12-13 Wirja FlyerDakinhar tal-ftuħ Fr Daniel Xerri, ir-Rettur tas-Seminarju, wera l-apprezzament tiegħu li għal darboħra s-sala tas-Seminarju ntgħażlet biex tilqa’ fiha għal esibizzjoni xogħlijiet tal-arti daqstant sbieħ.  Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Anton Refalo, tkellem mir-rabta sħiħa li hemm bejn il-fidi u l-kultura.  Hu qal li l-fidi Kattolika kellha u għad għandha sehem imprezzabli fil-formazzjoni tal-kultura Maltija u Għawdxija.  Il-Ministru spiċċa billi wera x-xewqa li aktar żgħażagħ Għawdxin ikomplu jitħarrġu fl-arti.  Mons. Isqof apprezza li l-Ministru għal Għawdex tkellem mir-rabta tal-fidi u l-kultura.  Min-naħa tiegħu żied li l-kultura hi mistiedna biex tgħin lill-persuna tikber fil-fidi u fl-esperjenza tagħha ta’ Alla.

Il-wirja Redemptione se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 19 ta’ Mejju.

 

Ritratti

The Exhibition Redemptione (7)On Thursday 9th May, Bishop Mario Grech and the Hon. Anton Refalo, Minister for Gozo, joined the community of the Seminary for the inauguration of the exhibition Redemptione, on the occasion of the Year of Faith.  This exhibition has been launched by the Diocesan Commission for Works of Sacred Art in collaboration with the Seminary of the Sacred Heart of Jesus.  The first part of this exhibition, Incarnatione, was held at Christmas time.  From the title of both exhibitions, one can deduce that the first one presented the mystery of the Incarnation while the second presents the mystery of the death and resurrection of Our Lord.  The exhibition hosts various works of sacred art.  In the inauguration speech, Fr Joseph Calleja, from the Diocesan Commission for Works of Sacred Art, explained that these works of art have been brought to the exhibition from various churches in Gozo and also from private collections.

News feed 37.12-13 Wirja FlyerFr Daniel Xerri, Rector of the Seminary, expressed his appreciation of the fact that for the umpteenth time the Seminary Hall had been chosen to host such an exhibition of precious works of sacred art.  The Hon. Anton Refalo, Minister for Gozo, talked about the close link between faith and culture.  He said that the Catholic Religion has always played an invaluable role in the culture of Malta and Gozo.  He expressed his wish of seeing more Gozitan young people being trained in Arts.  Bishop Mario Grech welcomed the link drawn by the Minister of Gozo between faith and culture and he explained that through culture, the individual can grow in faith and in his experience of God.

The exhibition will remain open up to Sunday 19th May.

 

Images

Prayer for Vocations at the Parish of St Lawrence (2)Il-komunità tas-Seminarju organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa ta’ San Lawrenz, f’San Lawrenz Għawdex bejn il-Ħadd 5 u l-Ġimgħa 10 ta’ Mejju.  Din kienet l-aħħar waħda għal din is-sena ta’ formazzjoni.  L-ewwel waħda saret fil-parroċċa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb (f’Novembru li għadda) u l-oħra saret fil-parroċċa ta’ San Ġużepp u l-Kunċizzjoni fil-Qala (f’Marzu 2013).

Ta’ kuljum saret talba għall-vokazzjonijiet fil-quddies.  Il-Ħamis 9 ta’ Mejju, żewġ seminaristi marru jkellmu lit-tfal tad-duttrina fiċ-Ċentru Parrokkjali.  Huma qasmu magħhom riflessjonijiet fuq is-sejħa li Alla għandu għal kull wieħed minna.  Wara tkellmu wkoll fuq l-esperjenza tal-vokazzjoni tagħhom.  Fl-istess ġurnata, filgħaxija, żewġ seminaristi oħra flimkien mad-djaknu Gabriel, ingħaqdu mal-komunità parrokkjali fl-adorazzjoni għall-vokazzjonijiet li ssir ta’ kull ġimgħa.

Prayer for Vocations at the Parish of St Lawrence (6)Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju l-komunità kollha tas-Seminarju flimkien mal-formators mexxew il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja parrokkjali.  Ir-Rettur waqt l-omelija stqarr li fil-missjoni tiegħu s-saċerdot faċilment jaħbat jaqta’ qalbu u jħossu waħdu.  Imma Ġesù, min-naħa tiegħu, wiegħdna li se jibqa’ magħna sat-tmiem.  Hu ħeġġeġ għalhekk lill-poplu ta’ Alla biex isostnu bit-talb tagħhom lill-presbiteri, biex dawn jiftakru dejjem li l-għalqa hi tal-Mulej u mhux tagħhom.  Hekk huma jkunu dejjem aktar konxji tal-preżenza ta’ Alla fil-ħajja tagħhom.

Ritratti

Prayer for Vocations at the Parish of St Lawrence (2)From Sunday 5th May to Friday 10th May, the community of the Seminary organised a week of prayer for vocations at the parish of Saint Lawrence.  This was the last week of prayer for this year of formation.  The first week of prayer was held in November at the parish of The Visitation in Għarb and the second one was held in March at the parish of Saint Joseph and the Immaculate Conception in Qala.

Prayers for vocations were said daily during Mass.  On Thursday 9thMay two seminarians gave talks to children who attend religious lessons at the parochial centre.  They reflected on God’s call to each and every one of us, focusing mainly on their own vocation and experiences.  In the afternoon of the same day, two other seminarians, together with Deacon Gabriel, joined the parochial community in an hour of prayer for vocations.

Prayer for Vocations at the Parish of St Lawrence (6)On Friday 10th May, the community of the Seminary and the formators celebrated the evening Mass at the parochial church.  During the homily, the Rector said that often, the priest has nobody to share the burden of his mission with him and he can easily be disheartened.  However, Jesus has promised to be with us till the end of time.  The Rector urged the people of God to include the priests in their prayers so that the priests will never forget that they are in the service of the Lord.  In this way, the priests will never ignore the presence of God in their life.

 

 

Images

Holiday in Malta (6)Ta’ kull sena, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, il-komunità tas-Seminarju flimkien mal-formators, jieħdu ġurnata ta’ mistrieħ f’Malta.  Hekk sar ukoll din is-sena, nhar l-Erbgħa 1 ta’ Mejju.

L-ewwel tlajna l-Belt Valletta u żorna l-Prokatidral Anglikan ta’ San Pawl.  Din iż-żjara saret frott l-istedina tal-Kanċillier Rev. Can. Simon Godfrey, li f’Jannar li għadda ta lecture lis-seminaristi Għawdxin fuq il-Knisja Anglikana.  Il-Kanċillier laqagħna tajjeb ħafna u fissrilna l-istorja tal-Prokatidral u tal-Anglikaniżmu f’Malta.

Holiday in Malta (8)F’nofsinhar żorna s-Seminarju Tal-Virtù u hemm il-komunità tas-Seminarju tal-Arċidjoċesi laqgħetna għall-ikel.  Fi tmiem l-ikel iċċelebrajna l-Ewkaristija fil-kappella ta’ Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb, fis-Seminarju.  Fil-quddiesa ngħaqadna fit-talb mal-komunità parrokkjali taż-Żejtun li kienet qed tiċċelebra l-funeral tal-Arċipriet tagħha, Dun Eric Overend.

 

Ritratti

Holiday in Malta (6)On Wednesday, 1st May, on the occasion of the feast of St Joseph the Worker the formators and the community of the Seminary spent a day in Malta.

Our first visit was to the Anglican Pro-cathedral of St Paul.  Chancellor Rev. Can. Simon had forwarded the invitation during a visit to our Seminary last January when he delivered a lecture to the Gozitan seminarians on the Anglican Church.  We were warmly welcomed by the Chancellor who explained to us the history of the Pro-cathedral and of Anglicanism in Malta.

Holiday in Malta (8)

We then visited the Seminary at Tal-Virtù where we stayed for lunch.  Later, we celebrated the Holy Eucharist in the chapel at the Seminary.  This chapel is dedicated to Jesus, The Good Shepherd.  At Mass, we joined in prayer the parochial community of Żejtun, which, at the time, was holding the funeral service for its Archpriest, Fr Eric Overend.

 

 

Images

  • 1
  • 2