News

Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

Fir-raba’ Ħadd tal-Għid, 29 ta’ April 2012, il-Knisja Universali titlob lil Sid il-Ħsad jibgħat aktar ħaddiema fil-għalqa tiegħu.  F’rabta ma’ dan il-jum, il-Grupp tal-Vokazzjonijiet fi ħdan il-komunità tas-seminarju, flimkien mad-direttur djoċesan għall-pastorali vokazzjonali organizza żewġ mumenti li fihom adoloxxenti u żgħażagħ seta’ jkollhom kuntatt mas-seminarju.  Nhar it-Tlieta 24 ta’ April, ġew mistiedna studenti mill-klassijiet tal-form 5 ’il fuq, biex jingħaqdu mas-seminaristi għall-mument ta’ talb filgħaxija, għaċ-ċena u wara ftit ħin ta’ mistrieħ u lobgħa futbol.  Is-Sibt ta’ wara, l-abbatini u l-membri tal-gruppi tal-vokazzjonijiet li huma fil-klassijiet bejn il-form 1 u 4 ġew imqassmin f’żewġ gruppi, u saritilhom riflessjoni dwar il-vokazzjoni bħala rigal li wieħed jirċevih b’xejn biex ikun jista’ jaqsmu b’xejn ma’ ħaddieħor.  Fil-jum tal-Ħadd, imbagħad, is-seminaristi animaw laqgħat u Quddies fil-parroċċi t’Għawdex, waqt li l-Knisja kollha talbet għall-Vokazzjonijiet.

 

Ritratti

Share it on