News

Attivitajiet Vokazzjonali tul Żmien ir-Randan

Vocational ActivitiesMatul is-sena jiġu organizzati attivitajiet differenti għall-membri tal-gruppi tal-vokazzjonijiet u għall-abbatini.  Żmien ir-Randan kien mument opportun biex jiġu organizzati attivitajiet djoċesani għall-istudenti tal-vokazzjonijiet.  Nhar it-Tlieta 5 ta’ Marzu lqajna fostna numru sabiħ ta’ studenti tal-form 5 li għexu mas-seminaristi ftit mumenti mill-programm tas-seminarju: mument ta’ talb, l-ikel ta’ filgħaxija, u ħin ta’ mistrieħ.

Bejn il-Ħadd 3 u l-Ġimgħa 8 ta’ Marzu saret ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa tal-Qala.  Il-mumenti prinċipali matul din il-ġimgħa kienu l-Adorazzjoni tal-Ħamis li tmexxiet minn żewġ seminaristi, u l-laqgħa mat-tfal tad-duttrina u l-quddiesa ċċelebrata fil-knisja parrokkjali l-Ġimgħa.

Vocational Activities (9)Ta’ kull ġimgħa, fil-parroċċi tagħna, diversi studenti jiltaqgħu għal-laqgħa tal-vokazzjonijiet.  Nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu, dawn l-istudenti, li huma bejn il-form 1 u 4, iltaqgħu lkoll flimkien fis-seminarju għal laqgħa waħda li tmexxiet mis-seminaristi.  Fi tmiem il-laqgħa l-istudenti kellhom logħba futbol flimkien.

Ritratti 

Share it on