News

Ġimgħa Marjana fis-Seminarju

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru kien hemm atmosfera ta’ ferħ fis-Seminarju minħabba ċ-ċelebrazzjoni tal-Festa tal-Immakulata Konċezzjoni, il-patruna tal-Kappella tas-Seminarju.

Il-programm kien jinkludi il-priedki tat-Tridu Marian minn Dun Roberto Gauci dwar il-virtujiet tal-Madonna, u t-talb tal-Għasar. Dan kien waqt il-ħin normali tat-talb, fis-7 ta’ filgħaxija.

Din il-Ġimgħa Marjana ssir aktar sinifikanti fil-kuntest tas-Sena Marjana mnedija fid-Djoċesi t’Għawdex mill-Isqof Mario Grech sabiex timmarka l-400 anniversarju tal-pittura tal-Madonna Ta’ Pinu.

Share it on