News

Attività għall-istudenti tas-6th form

Il-Ħamis 25 ta’ Ottubru filgħaxija l-istudenti tal-Live-In Vokazzjonali ġew mistiedna biex iżuru lis-Seminarju.  Huma kellhom laqgħa mad-direttur il-ġdid tagħhom, Fr Joseph Curmi, u wara daħlu fil-kappella għall-kant tal-Għasar, flimkien mal-komunità tas-Seminarju.  Fi tmiem it-talb, is-seminaristi u l-istudenti għaddew għar-refettorju fejn sabu tistennihom iċ-ċena, imħejjija mis-sorijiet u xi helpers oħra.  Wara l-ikel l-istudenti u s-seminaristi nġabru flimkien għal logħba, ippreparata għalihom mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet, fil-Conference Room.  Din tal-lum kienet okkażjoni sabiħa biex l-istudenti tas-6th form setgħu jsiru jafu aktar lil Fr Joseph Curmi u anke sabiex jesperjenzaw ftit mill-atmosfera tas-Seminarju.

Ritratti

Share it on