News

Wara l-vaganzi tal-Milied is-seminarju kompla bl-inizjattiva li kien beda din is-sena bħala parti mill-formazzjoni tas-seminaristi li jorganizza laqgħat b’orjentament pastorali. Dawn il-laqgħat qed isiru l-iskop li jgħinu lis-seminaristi jsiru jafu aħjar bid-diversi grupp, għaqdiet u ħidmiet pastorali li għandna fid-Djoċesi tagħna waqt li jiffamiljarizzaw aktar ruħhom ma’ dawn l-għaqdiet u l-ħidma li qed iwettqu.

Pastoral orientation  (8)L-ewwel laqgħa għas-sena 2014 saret nhar it-Tlieta, 21 ta’ Jannar u għaliha ġie mistieden is-Sur Ivan Farrugia li huwa soċju tal-Museum sabiex ikellimna dwar din is-soċjeta’. Waqt din il-laqgħa, Ivan qasam mal-komunita’ l-istorja u l-oriġini ta’ din l-organizzazzjoni. Is-soċjeta’ tal-Museum taf il-bidu tagħha f’Malta, meta ġiet imwaqqfa mis-saċerdot qaddis San Ġorġ Preca, imma llum din tinsab ukoll f’diversi pajjiżi. Huwa tkellem ukoll dwar d-dimensjonijiet tal-vokazzjoni museumina li huma mibnija fuq id-dimensjoni lajkali, id-dimensjoni ċelibatarja, id-dimensjoni attiva-appostolika, id-dimensjoni profetika, u d-dimensjoni kontemplattiva. Ma naqasx ukoll milli jitkellem dwar l-isfidi li s-soċjeta’ qed tiltaqgħa magħhom illum fil-ħidma li hija twettaq.

Imbagħad, nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Frar ġew mistiedna membri mill-Komunita’ Anawim sabiex jaqsmu mal-komunita’ tas-Seminarju l-għan, l-ħidma u l-kariżma tal-Komunita’ Anawim. Dan l-istitut sekulari ta’ fidili lajċi ġie mwaqqaf fid-Djoċesi ta’Għawdex fit-28 ta’ Novembru, 1987. Imbagħad, nhar it-28 ta’ Novembru, 2013, l-E.T. Mons. Isqof Mario Grech waqqaf il-Komunita’ Anawim bħala assoċjazzjoni lajkali pubblika. Dak li ġabar il-membri flimkien, kienet ix-xewqa tal-konsagrazzjoni lajkali mgħixa f’komunita’ imma fl-istess ħin il-membri jibqgħu jgħixu d-dar tagħhom u jwettqu l-ħidma tagħhom fid-dinja. Infatti fost l-appostolat li l-membri jwettqu insibu s-sapport li jagħtu lit-tfajla omm kif ukoll l-ħidma tagħhom maż-żgħażagħ.

Laqgħa oħra tmexxiet mill-Spigolatrici della Chiesa nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Frar. Dan l-istitut lajkali ta’ ħajja kkonsagrata ġie mwaqqaf minn Pia Tavernelli, żagħżugħa Taljana. L-isem ta’ dan l-istitut hu mdawwal mill-figura bibblika ta’ Rut, mara li toħroġ fl-għelieqi sabiex tiġbor il-fdalijiet tal-qamħ. Minn hawn toħroġ il-kariżma ta’ dan l-istitut lajkali, jiġifieri li jagħtu l-għajnuna tagħhom lis-saċerdoti u lill-Knisja. Infatti l-membri ta’ dan l-istitut insibuhom attivi fost l-oħrajn fost dawk li huma emarġinati waqt li jagħmlu talb ta’ riparazzjoni biex ipattu għall-ingratitudni lejn Ġesu’ Ewkaristija. Il-membri fi ħdan dan l-istitut jistgħu jagħżlu li jibqgħu jgħixu mal-familja tagħhom, imma jistgħu jgħixu ukoll fi fraternita’.

Pastoral orientation  (2)Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Marzu, imbagħad ġie mistieden Dun Anton Teuma flimkien ma żewġ koppji li jagħmlu parti mill-komunita’ Ewkaristika. Il-Komunitajiet Ewkaristiċi jafu l-oriġini tagħhom f’Ruma fis-snin 70 u l-iskop tagħhom kien li l-lajċi jsiru aktar midħla tal-Kelma ta’ Alla. Il-komunita’ tgħix erba’ mumenti partikulari: il-Katekeżi, il-kondiviżjoni tal-Kelma, l-adorazzjoni, u l-Ewkaristija. F’Għawdex fil-preżent hawn 13-il komunita’ Ewkaristika li jiġbru fihom madwar 300 membru. Permezz ta’ dawn il-komunitajiet, il-membri jkunu jistgħu jirċievu formazzjoni reliġjuża sabiex imbagħad ikunu jistgħu jaqsmu l-Kelma mal-oħrajn mhux biss bil-kliem imma wkoll bl-eżempju. Kif xhedu l-membri, il-Komunita’ Ewkaristika tgħinhom mhux biss fl-aspett spiritwali, billi tressaqhom aktar qrib il-Kelma ta’ Alla, imma wkoll fl-aspett human fejn huma jsibu post fejn jistgħu jaqsmu u jiddiskutu id-diffikultajiet tagħhom.

Pastoral orientation  (3)Għal darb’oħra, nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Marzu, ġie mistieden Dun Anton Teuma li flimkien ma grupp ta’ koppji lajċi jieħu ħsieb il-Kummissjoni Djoċesana Familja. Flimkien ma’ Dun Anton ġew ukoll xi membri li huma parti minn din il-kummisjoni. Din il-kummisjoni għandha tliet għanijiet partikulari: li tgħin lill-koppji għarajjes fit-tħejjija għaż-żwieġ; li takkumpanja l-familji li jkunu fil-bidu tal-ħajja miżżewġa; u li tgħin u tissapportja familji li jkunu qed jesperjenzaw problemi anke fiż-żwieġ jew li huma sseparati jew anke fit-tieni relazzjoni, u dan isir permezz tal-Konċistorju tal-Familja. Minbarra dan il-Kummissjoni Djoċesana Familja tieħu ħsieb li torganizza diversi laqgħat u seminars bil-għan li tgħin fil-formazzjoni tal-familji. Waqt il-laqgħa l-membri tal-kummisjoni kellhom iċ-ċans li jaqsmu mal-komunita’ tas-seminarju l-esperjenza tagħhom dwar il-ħidma li huma jwettqu fid-djoċesi u fil-parroċċi, kif ukoll l-ġid li huma stess jirċievu.

 

Ritratti

Annunciation Vows (15)On Tuesday evening, 25th March, on the occasion of the feast of The Annunciation of Our Lady, the community of the Seminary joined other visitors in the chapel at Lunzjata and participated in the celebrateion of the second vespers aand the Holy Mass.

During the Mass, Deacon Daniel Sultana reflected on the call of Our Lady and her acceptance of the call.  Following the prayers of the faithful, the Rector called Deacon Daniel to present his formal request for the priestly ordination.    The congregation accompanied the deacon in silent prayer as he was presenting his request.

On the occasion of the sixtieth anniversary of the arrival of the statue, Mgr Karm Borg, Rector of the chapel, offered to the Rector of the Seminary a fund to finace the studies of a seminarian.  The money was collected from among the congregation which attends the liturgical services held in the chapel.

 

Images

Annunciation Vows (15)Nhar it-Tlieta 25 ta’ Marzu, fl-okkażjoni tas-solennita’ tat-Tħabbira tal-Mulej, filgħaxija, il-komunità tas-seminarju ngħaqdet mal-pellegrini li żaru l-kappella tal-Lunzjata fir-Rabat, u magħhom iċċelebrat it-tieni għasar u l-Ewkaristija.

Waqt il-quddiesa, d-Djaknu Daniel Sultana għamel riflessjoni fuq is-sejħa ta’ Marija u fuq l-aċċetazzjoni tas-sejħa.

Fi tmiem it-talb tal-fidili r-Rettur sejjaħ imbagħad lid-Djaknu Daniel sabiex jippreżenta t-talba tiegħu għall-ordinazzjoni presbiterali.  Huwa għamel dan filwaqt li l-kongregazzjoni ngħaqdet miegħu f’talba fis-skiet.

Fi tmiem il-Quddiesa, fl-okkazjoni tal-anniversarju tas-sittin sena mill-wasla tal-istatwa, ir-Rettur tal-kappella Mons. Karm Borg ippreżenta lir-Rettur tas-Seminarju borża ta’ studju li kienet miġbura minn fost il-komunita’ li tattendi għas-servizzi liturġiċi f’din il-kappella.

 

Ritratti

Sports Day 2014 (38)

On Wednesday, 19th March,  the feast of St Joseph, the seminarians organised a sports day for the Vocation Groups and the altar boys of the diocese

A number of children and adolescents gathered at the Seminary at 9.00am.  Fr Michael Curmi, Vice Rector of the Seminary and Diocesean Director for Vocations led the prayers which marked the opening of the activity.  The partecipants were then divided into four groups and the sports acitivities started.  These activities, which included football, sackrace, obstacle race and tug of war, ended at 2.00pm.

Sports Day 2014 (39)All the partecipants were presented with a memento, provided by the seminarians.   The altar boys had the opportunity to meet the seminarians in an environment different to that where they usually meet.  They could also meet altar boys from other parishes and they could work together as a team to attain the same end.

Images

Sports Day 2014 (38)Bħas-snin l-imgħoddija, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġuzepp, is-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw sports day għall-abbatini u għall-istudenti tal-vokazzjonijiet tad-djoċesi.

Għadd ta’ tfal u adoloxxenti nġabru fis-Seminarju fid-9.00am.  L-attività bdiet permezz ta’ mument ta’ talb immexxi minn Fr Michael Curmi, Viċi Rettur tas-Seminarju u Direttur Djoċesan tal-Vokazzjonijiet.  Wara li l-parteċipanti ġew imqassma f’erba’ gruppi, ingħata bidu għal-logħob. Il-logħob kien jinkludi football, sackrace, obstacle rece u tug of war fost l-oħrajn. L-attivita’ intemmet fis-2.00pm.

Sports Day 2014 (39)Fi tmiem din il-ġurnata sabiħa tqassmet tifkira lil kull min attenda, magħmula mis-seminaristi stess.  L-abbatini kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mas-seminaristi f’ambjent differenti minn dak li soltu jiltaqgħu magħhom.  Kellhom ukoll il-possibbiltà li jiltaqgħu mal-abbatini ta’ parroċċi oħrajn u magħhom jaħdmu f’team-work għal għan wieħed.

Ritratti

St Joseph celebration (12)Every year, the community of the Seminary follows the tradition of celebrationg the Feast of St Joseph, protector of Jesus and husband of Mary.  On the eve of the feast day and on the feast day itself the seminarians assisted the celebrations at the Cathedral.  These celebrations were led by His Lordship, the Bishop.

On Saturday, 22nd March, the lecturers met at the Seminary for a meeting with Bishop Grech.  Then they joined the community at lunch.

 

Images

St Joseph celebration (12)Hija drawwa sabiħa li fis-seminarju tagħna tiġi ċċelebrata bħala festa komunitarja s-solennità ta’ San Ġużepp, ħarries ta’ Ġesù u raġel ta’ Marija.  Barra minn dan, lejliet u nhar id-19 ta’ Marzu s-seminaristi taw s-servizz tagħhom fil-Katidral matul iċ-ċelebrazzjonijiet immexxija minn Mons. Isqof.

Fl-okkażjoni ta’ din il-festa wkoll, is-Sibt 22 ta’ Marzu, il-lecturers iltaqgħu fis-Seminarju għal laqgħa flimkien ma’ Mons. Isqof u wara ngħaqdu mal-komunità għall-ikel ta’ nofsinhar.

 

Ritratti

Exhibition Good Friday  (17)From 15th March to 23rd March, the hall of the Major Seminary hosted an exhibition linked with Holy Week.  This exhibition was inaugurated officially on the 15th March by Dr. Anton Refalo, Minister of Gozo.  It was blessed by Bishop Mgr Mario Grech.  The exhibition included statues linked with the Passion of Christ, old photographs and a miniature procession of the Holy Passion.  The exhibition was set up by the Għaqda Dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira.

Images

Exhibition Good Friday  (17)Bejn il-15 u t-23 ta’ Marzu, fis-sala tas-Seminarju Maġġuri, ġiet imtella’ esebizzjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Din l-esebizzjoni ġiet miftuħa uffiċċjalment nhar il-15 ta’ Marzu mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u mbierka mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. Kienet tinkludi fiha statwi marbuta mal-passjoni, ritratti antiki, kif ukoll purcissjoni f’minjatura tal-Ġimgħa l-Kbira. Din ġiet organizzata mill-Għaqda Dilettanti tal-Ġimgħ l-Kbira.

 

Ritratti

Vocational week Xewkija (3)From Sunday 9th March to Friday 14th March,  the community of the Seminary held a week of prayer for vocations Parish of St John the Baptist at Xewkija.  During the week, emphasis was laid at mass on communitarian prayer for vocations.

On Friday evening, the community of the Seminary joined the superiors at mass in the parochial church.  Seminarian Andrew Grima shared his vocational experience with the congregation.

Then the seminarians met the adolescents who attend the MUSEUM.  Together they reflected on God’s call to each and every one of us.

 

Images

Vocational week Xewkija (3)Bejn il-Ħadd, 9  u l-Ġimgħa 14 ta’ Marzu , il-komunita’ tas-Seminarju organizzat ġimgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa tax-Xewkija, iddedikata lil San Ġwann il-Battista. Matul din il-ġimgħa waqt il-quddies saret enfasi fit-talb tal-komunita’ għall-vokazzjonijiet.

Il-Ġimgħa il-komunita’ kollha tas-Seminarju flimkien mas-superjuri mexxew il-quddies ta’ filgħaxija fil-knisja parrokjali fejn is-seminarista Andrew Grima qasam l-esperjenza tal-vokazzjoni tiegħu.

Imbagħad, s-seminaristi ltaqgħu mal-adoloxxenti li jattendu l-Mużew fejn qasmu magħhom riflessjonijiet fuq is-sejħa li Alla għandu għal kull wieħed minna.

 

Ritratti

 

Lent @ the Seminary (1)Lent is a time during which the Church invites us to prepare ourselves for Easter, the greatest feast of the Church, and, at the same time, to stop awhile to reflect on the way we are leading our lives.  During Lent, the Church offers us three pillars on which we can base our way of life during Lent.  These three pillars are: prayer and reading of the Holy Scriptures, charity and fasting.

This time of year is a particular time for the Seminary.  During Lent, the seminarian is encouraged to address his inner self and reflect on his relationship with Christ. On Tuesday, 4th March,  the eve of Ash Wednesday, the community participated in an activity which served as an introduction to Lent at the Seminary.  There was an explanation of the values that the Church present for Lent, followed by the sharing of the progamme that the seminarians are invited to follow during this time of year.

Lent @ the Seminary (13)Characteristics of the programme include: fasting, moments of retreat from the hustle and bustle of daily life, personal and communal prayer, and deeds of charity.  The seminarians will be visting the parish churches during Lenten sermons to receive donations from the congregation.  They will also participate in the collection of funds in aid of Angela House, which is run by the Ursoline nuns.

 

Images