News

Żjara fraterna ta’ grupp Irlandiżi fostna

Wara li ftit jiem ilu lqajna fostna lis-seminaristi Maltin, nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu 2019 waslu f’pajjiżna grupp ta’ 10 seminaristi Irlandiżi mis-seminarju ta’ Maynooth. Huma qattgħu l-ewwel lejl fis-Seminarju ta’ Malta. Matul il-jum tal-Ħadd xi żaru xi postijiet ta’ interess f’Malta u filgħaxija qabdu triqthom lejn Għawdex. L-ewwel waqfa kienet fis-Seminarju t’Għawdex. Is-seminaristi Għawdxin ħejjew 10 kmamar fil-kamerata stess għall-Irlandiżi. Matul din iż-żjara s-seminaristi Irlandiżi kellhom iċ-ċans iżuru postijiet uniċi fil-gżira Għawdxija waqt li jduqu l-kultura u t-tradizzjonijiet tipikament Għawdxin.

Peress li t-Tlieta 19 ta’ Marzu kienet blata, is-seminaristi Għawdxin pjanaw ġurnata attivitajiet. L-ewwel waqfa kienet id-Dwejra. Wara żorna ċ-ċentru artisitku Eikon. Doqna l-ftajjar tipikament Għawdxin. Dakinhar filgħaxija ż-żewġ gruppi ta’ seminaristi laqgħbu partita futbol kontra xulxin. Kien mument sabiħ li xehed li fi ftit jiem iż-żewġ komunitajiet ħadmu u għexu flimkien tant li nħolqot klima ħbiberiji li jkomplu jarrikkixxu l-mixja vokazzjonali ta’ kull wieħed. Iż-żjara waslet fi tmiemha l-Ħamis b’ġurnata fil-Belt Valletta. Hemm żorna l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann u l-Barrakka. L-aħħar waqfa kienet żjara fil-Katidral tal-Imdina u l-mużew tiegħu. Din iż-żjara ntemmet fl-ajruport fejn iż-żewġ komunitajiet sellmu lil xulxin u rringrazzjaw lil xulxin tal-esperjenza.

Share it on