News

Tislima lil Fr Joseph Farrugia

Minn din is-sena ta’ formazzjoni, Fr Alex Refalo, mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, ħa post Fr Joseph Farrugia, mill-Parroċċa tal-Viżitazzjoni fil-Għarb, bħala direttur spiritwali fis-Seminarju Maġġuri.  Għal din ir-raġuni kien xieraq li f’mument apposta l-komunità tirringrazzja lil Fr Joseph tal-ħidma siekta imma essenzjali li hu wettaq fi ħdanha għal ħames snin sħaħ.   Għalhekk, il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru 2012, il-KRS (Kunsill Rappreżentattiv tas-Seminaristi) organizza barbeque ġewwa l-bajja ta’ Mġarr Ix-Xini.  Dan sar filgħaxija, però kien fadal ħin biżżejjed biex min xtaq seta’ jinżel jgħum.  Wara l-ikel Fr Joseph flimkien ma’ Fr Alex qasmu kejk tal-okkażjoni, u kif xieraq, il-komunità ppreżentat rigal ta’ tifkira lil Fr Joseph.

 

 

Ritratti

Share it on