Laqgħat ta’ Talb

Lectio Divina:

Kull tielet Ħamis tax-xahar tiġi organizzata Lectio Divina fil-Kappella tas-Seminarju fis-7.30pm għall-membri tal-grupp tal-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju.

Velja ta’ Talb:

Kull sena tiġi organizzata velja ta’ talb bi tħejjija għall-Ordinazzjonijiet Presbiterali u Djakonali. Din il-velja tkompli permezz ta’ lejl ta’ Adorazzjoni Ewkaristika fil-Kappella tas-Seminarju.

Komunita’ tas-Seminarju Maġġuri:

Il-Kappella tas-Seminarju hi użata ta’ kuljum mill-komunita’ tas-Seminarju Maġġuri fejn kull filgħodu tiġi ċċelebrata il-Quddiesa segwita mill-meditazzjoni u filgħaxija jkun hemm l-Adorazzjoni.