Komunità Ingliża Kattolika

Fil-Kappella tas-Seminarju tiġi ċċelebrata quddiesa bl-Ingliż kull nhar ta’ Ħadd, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fl-10.00am għall-komunita’ Ingliża Kattolika residenti f’Għawdex. Quddies u servizzi oħra huma wkoll ċċelebrati fil-Ġimgħa Mqaddsa, fl-Għid, il-Milied, u fil-festi kmandati. Qabel il-quddies ikun hemm ukoll is-servizz  tal-Qrar bl-Ingliz.

Għal aktar informazzjoni ikkuntatja lil Dun Loreto Tabone, tel: (+356) 21556540 mob. (+356) 99001829.