Sitt Ħamisijiet ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

Din is-sena, il-komunità tas-Seminarju ta’ Għawdex qed torganizza ġurnata Adorazzjoni Ewkaristika kull l-ewwel Ħamis tax-xahar.  L-iskop hu t-talb għall-Vokazzjonijiet. L-ewwel Adorazzjoni ta’ din ix-xorta saret nhar il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2018.

Il-komunità tistieden lin-nies biex jiġu fis-6.30am għall-Quddiesa li fi tmiemha saret l-espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija u wara għat-talb tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.  Tul il-ġurnata Ġesù jibqa’ espost għall-adorazzjoni fis-skiet. F’nofsinhar is-seminaristi flimkien man-nies jitolbu t-Talba ta’ Nofs il-Jum. Mis-7.00pm sat-8.00pm tkun siegħa animata bit-talb. L-Adorazzjoni tintemm fit-8.00pm permezz tal-Barka Sagramentali.

Il-jiem ta’ Adorazzjoni Ewkaristika se jkunu f’ dawn id-dati: 6 ta’ Diċembru, 7 ta’ Frar, 7 ta’ Marzu, 4 ta’ April u t-2 ta’ Mejju. Dawn isegwu l-istess pogramm.