News

‘Outreach Week’ fin-Nadur

Mit-Tnejn 25 ta’ Novembru sas-Sibt 1 ta’ Diċembru, is-seminaristi ħadu sehem f’Outreach Weekfil-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl in-Nadur. L-għan ta’ din l-attività kien li jġib flimkien lill-komunità tas-Seminarju u dik ta’ paroċċa. Il-programm kien jinkludi quddiesa kuljum fl-4.30 ta’ filgħaxija, segwita mill-Adorazzjoni u l-Għasar. Is-seminaristi żaru għadd ta’ familji li uliedhom qegħdin jitħejjew għall-Ewwel Tqarbina u għall-Griżma tal-Isqof. Żaru wkoll familji li uliedhom huma abbatini.  Ħadu sehem ukoll f’laqgħat mal-gruppi tan-Nadur Teen and Youth Centreu tal-M.U.S.E.U.M.

Din il-ġimgħa ġiet fi tmiemha nhar is-Sibt, l-1 ta’ Diċembru biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu, l-Isqof Mario Grech.  Matul din iċ-ċelebrazzjoni, is-Seminarista Mario Mercieca ngħata l-ministeru tal-Akkolitat.

Share it on