Lectio Divina

L-Iskrittura Mqaddsa minn dejjem kellha post speċjali fil-ħajja tal-Knisja. Ġesù nnifsu kien jitlob u jgħix bil-Kelma t’Alla. Kien jismagħha, jaqraha u jfissirha fis-Sinagoga. Kien jitlob biha, speċjalment bis-Salmi, flimkien mal-ġenituri tiegħu fid-dar ta’ Nazaret u aktar tard matul ħajtu mal-appostli jew waħdu, sa fuq is-salib. Fid-deżert huwa jikkumbatti u jirbaħ lix-xitan bil-qawwa tal-Kelma t’Alla. Kien jgħix skont dak li l-Ispirtu jnebbħu permezz tal-Kotba Mqaddsa u kien jaf li fih qed iseħħu l-profeziji tal-Iskrittura.

Fuq l-eżempju tiegħu, id-dixxipli u l-ewlenin insara tgħallmu jgħożżu l-Iskrittura u kienu jinġabru biex jaqsmu flimkien mhux biss l-Ewkaristija imma wkoll il-Kelma. Wara li qam mill-mewt Ġesù jibqa’ jfissrilhom l-Iskrittura, kif jagħmel maż-żewġ dixxipli ta’ Għemmaws. Permezz tagħha huwa jibqa’ jagħmel lilu nnifsu preżenti fosthom. Mill-Kelma t’Alla l-Knisja dejjem irċeviet dawl u qawwa. Matul l-istorja ħafna kienu dawk li mmeditawha fil-fond, fosthom tant Missirijiet tad-deżert, u fiha sabu minjiera ta’ tagħlim li mbagħad għaddewh lill-Knisja fil-kitbiet u l-prietki tagħhom. Fiha fettxew u sabu l-verità l-Missirijiet tal-Knisja kull meta kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ xi tagħlim qarrieq li jhedded il-fidi nisranija. Fl-Iskrittura wkoll sabu l-konverżjoni tagħhom għadd midinbin li mbgħad saru qaddisin kbar, fosthom Sant’Anton Abbati, Santu Wistin, San Franġisk t’Assisi, Sant’Injazju ta’ Loyola, Santa Tereża ta’ Ġesù u tant oħrajn. Dan għaliex l-Iskrittura hija l-Kelma ta’ Alla, u “l-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija, u taqta’ aktar minn xabla b’żewġt ixfar” (Lhud 4,12).

Minn hawn nifhmu wkoll l-importanza li l-Kelma t’Alla għandha fil-formazzjoni tas-saċerdot. Fil-Kelma t’Alla ż-żagħżugħ li qed jitħejja għas-saċerdozju jsib id-dawl li jeħtieġ biex jagħraf aħjar is-sejħa tiegħu u jwieġeb għaliha b’qalb ġeneruża u ferħana. Fid-dawl tal-Kelma t’Alla huwa jagħraf isawwar il-qalb tiegħu fuq il-Qalb tar-Ragħaj it-Tajjeb u jrawwam fih l-istess sentimenti li kienu fi Kristu Ġesù. Bil-Kelma t’Alla f’idejh, jew aħjar f’moħħu u f’qalbu, is-seminarista jitħejja biex ’il quddiem, bħala saċerdot, ikun jista’ jmexxi u jqaddes lill-poplu t’Alla afdat f’idejh.

Fis-snin tal-formazzjoni tagħna aħna s-seminaristi Għawdxin imsejħin biex kuljum niftħu l-Iskrittura Mqaddsa u nitolbu biha fuq livell persunali, mill-inqas nofs siegħa kuljum, filgħodu, wara l-Quddiesa. Darba fil-ġimgħa dan nagħmluh flimkien, fuq livell komunitarju, permezz ta’ dik li fil-ħajja tal-Knisja tissejjaħ lectio divina. Il-Papa Benedittu XVI irrikmanda ħafna drabi din il-prattika tal-lectio divina speċjalment lis-saċerdoti u lis-seminaristi, kif ukoll liż-żgħażagħ.

X’inhi eżatt il-lectio divina? “Din tikkonsisti filli wieħed jieqaf fit-tul fuq silta tal-Bibbja, jaqraha u jerġa’ jaqraha, kważi jixtarrha, kif jgħidu l-Missirijiet tal-Knisja, u biex ngħidu hekk jagħsrilha s-sugu kollu tagħha, biex iżomm ħaj fih l-ispirtu ta’ meditazzjoni u kontemplazzjoni u hekk jagħti sens lill-ħajja konkreta tiegħu ta’ kuljum.” (Benedittu XVI, Anġelus, 6 ta’ Novembru 2005). Dan iwassal għad-djalogu ma’ Alla: “Il-qari intens tal-Iskrittura akkumpanjat mit-talb joħloq dak id-djalogu ma’ Alla li jitkellem, u li bit-talb aħna nweġbuh b’qalb miftuħa.”

B’dan il-mod il-laqgħa tagħna mal-Kelma ta’ Alla ssir tabilħaqq laqgħa ma’ Kristu. Fi tmiem is-sena tal-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000, il-Papa Ġwanni Pawlu II kien qal: “Huwa fuq kollox meħtieġ li s-smiegħ tal-Kelma t’Alla jsir dejjem aktar laqgħa vera ma’ Kristu, laqgħa li tagħti l-ħajja, permezz ta’ dik it-tradizzjoni antika u dejjem ġdida li tissejjaħ lectio divina, li tislet mill-Kotba mqaddsa l-Kelma tal-ħajja; dik il-Kelma li ddaħħalna f’qoxritna, turina t-triq u tifforma l-ħajja tagħna” (Novo millennio ineunte, 39).

“Kundizzjoni meħtieġa għal-lectio divina”, ikompli jgħidilna l-Papa Benedittu XVI, “hija li l-moħħ u l-qalb ikunu mdawwlin mill-Ispirtu s-Santu, jiġifieri minn dak stess li nebbaħ l-Iskrittura, u għalhekk huwa importanti li dawn jitpoġġew f’atteġġjament ta’ smiegħ reliġjuż. Dan kien l-atteġġjament tipiku ta’ Marija Santissima, hekk kif turi tant tajjeb ix-xbieha tal-Annunzjazzjoni: il-Verġni tilqa’ l-Messaġġier tas-sema waqt li qed timmedita l-Iskrittura Mqaddsa, irrappreżentata normalment f’dak il-ktieb li naraw f’idejn Marija jew f’ħoġorha jew xi mkien ħdejha.” (Anġelus, 6 ta’ Novembru 2005).

Jolqotna speċjalment dak li l-Papa qal liż-żgħażagħ fil-XXI Jum Dinji tagħhom nhar id-9 t’April 2006:

“Għeżież żgħażagħ, ħobbu l-Kelma t’Alla… Immeditaw ta’ spiss il-Kelma t’Alla, u ħallu l-Ispirtu s-Santu jkun l-Imgħallem tagħkom. B’hekk tifhmu kemm il-ħsibijiet ta’ Alla m’humiex bħal dawk tal-bnedmin; b’hekk jirnexxilkom tagħrfu (tikkontemplaw) il-veru Alla u taqraw il-ġrajjiet tal-istorja bl-għajnejn ta’ Alla; b’hekk jirnexxilkom tiggustaw il-milja tal-ferħ li jiġi mill-verità.

“Jeħtieġ nifhmu bis-serjetà li l-Kelma t’Alla hija ‘arma’ l-aktar qawwija fit-taqbida spiritwali tagħna… Ejjew nitgħallmu nisimgħuha biex imbagħad inkunu nistgħu ngħixuha.

“Għeżież żgħażagħ, inħeġġiġkom biex issiru dejjem aktar midħla tal-Bibbja, iżżommuha qrib tagħkom, biex tkun għalikom bħal boxxla li turikom it-triq li minnha għandkom tgħaddu. Intom u taqrawha, titgħallmu tgħarfu lil Kristu. Jgħidilna San Ġirolmu: ‘Min ma jafx l-Iskrittura ma jafx lil Kristu.’

“Mod ta’ min ifaħħru ħafna biex wieħed japprofondixxi u jiggosta l-Kelma t’Alla huwa l-lectio divina. Din tikkonsisti f’mixja spiritwali vera u propja, magħmula minn mumenti diversi. Mil-lectio, li tikkonsisti filli wieħed jaqra u jerġa’ jaqra silta mill-Iskrittura Mqaddsa biex jieħu dawk li huma l-elementi prinċipali tagħha, wieħed jgħaddi għall-meditatio, li hija bħal waqfa nterjuri li fiha r-ruħ iddur lejn Alla u tfittex li tifhem dak li l-Kelma tiegħu qed tgħidlu llum għall-ħajja tiegħu. Tiġi mbagħad l-oratio, li tgħinna nibqgħu ma’ Alla fi djalogu dirett, biex naslu mbagħad fl-aħħar għall-contemplatio li tgħinna nżommu l-qalb attenta għall-preżenza ta’ Kristu, li l-Kelma tiegħu hija ‘bħal fanal li jagħti d-dawl f’post mudlam, sa ma jibda jbexbex il-jum u f’qalbkom titla’ l-kewkba ta’ filgħodu’ (2Pt 1,19). Il-qari, l-istudju u l-meditazzjoni tal-Kelma t’Alla jridu mbagħad jinbidlu f’ħajja li taqbel ma’ Kristu u t-tagħlim tiegħu.” Din hija l-actio. U jkompli l-Papa:

“Li tibnu ħajjitkom fuq Kristu, li tilqgħu bil-ferħ il-Kelma tiegħu u li tgħixu t-tagħlim tiegħu: dan hu, għeżież żgħażagħ tat-tielet millennju, il-programm tagħkom! Huwa urġenti li tinbet ġenerazzjoni ġdida ta’ appostli li għandhom l-għeruq tagħhom fil-Kelma ta’ Kristu, li kapaċi jwieġbu għall-isfidi ta’ żmienna u lesi jxerrdu ma’ kullimkien il-vanġelu. Dan hu li jitlob minnkom il-Mulej; għal dan qed issejħilkom il-Knisja; dan hu li qed tistenna minnkom id-dinja, forsi anke bla ma taf. U jekk Ġesù qed isejħilkom, tibżgħux tgħidulu ‘iva’ b’ġenerożità, l-aktar meta jsejħilkom biex timxu warajh fil-ħajja kkonsagrata jew fil-ħajja saċerdotali. Tibżgħux! Afdaw fih, u ma jiddispjaċikomx!”

Dan il-kliem tal-Papa nħossuh jgħodd partikularment għalina ż-żgħażagħ li qed nitħejjew għas-saċerdozju. Għal dan il-għan kull nhar ta’ Tnejn fil-komunità tagħna tas-Seminarju t’Għawdex niltaqgħu flimkien biex nimmeditaw u nitolbu bl-Iskrittura mqaddsa permezz tal-lectio divina. Normalment nieħdu s-silta tal-vanġelu tal-Ħadd li jkun għadda. Dan bi spirtu ta’ gratitudni lejn il-Kelma li l-Mulej ikun tana bħala Knisja fil-jum ta’ qabel. Hekk wara li l-Kelma tkun ġiet mogħtija lilna bħala “rigal” fil-Liturġija ta’ Jum il-Mulej, aħna nerġgħu neħduha f’idejna biex nimmeditawha aktar fil-fond u nimpenjaw ruħna li ngħixuha. B’dan il-mod, ukoll, il-mixja tagħna mal-Kelma t’Alla tkun ħaġa waħda mal-mixja tal-Liturġija tal-Knisja. Fi tmiem il-ġimgħa nerġgħu niltaqgħu biex naqsmu flimkien (collatio) dak li l-Kelma t’Alla tkun għamlet fina matul il-ġimgħa. Hekk il-Kelma t’Alla tibqa’ tassew “musbieħ għal riġlejna u dawl fil-mogħdija tagħna” (Salm 119, 105).

B’sens ta’ gratitudni lejn il-Mulej li qalilna: “B’xejn irċivejtu, b’xejn agħtu” (Mt 10,8), nixtiequ naqsmu ma’ dawk li jżuruna fuq dan is-sit tagħna dawn ir-riflessjonijiet ta’ kull ġimgħa li lilna għenuna fil-laqgħat tal-lectio divina tagħna.

Avvent u Milied

Magħmudija tal-Mulej - Sena (Ċ)
9 ta' Jannar 2019

3 Ħadd tal-Avvent (Ċ)
12 ta' Diċembru 2018

2 Ħadd tal-Avvent (Ċ)
9 ta' Diċembru 2018

4 Ħadd tal-Avvent (B)
24 ta' Diċembru 2017

3 Ħadd tal-Avvent (B)
17 ta' Diċembru 2017

2 Ħadd tal-Avvent (B)
10 ta' Diċembru 2017

4 Ħadd tal-Avvent (A)
18 ta' Diċembru 2016

3 Ħadd tal-Avvent (A)
11 ta' Diċembru 2016

2 Ħadd tal-Avvent (A)
4 ta' Diċembru 2016

1 Ħadd tal-Avvent (A)
27 ta' Novembru 2016

Il-Magħmudija tal-Mulej - Ċ
10 ta' Jannar 2016

4 Ħadd tal-Avvent (C)
20 ta' Diċembru 2015

3 Ħadd tal-Avvent (C)
13 ta' Diċembru 2015

2 Ħadd tal-Avvent (C)
6 ta' Diċembru 2015

1 Ħadd tal-Avvent (C)
29 ta' Novembru 2015

Il-Magħmudija tal-Mulej (B)
11 ta' Jannar 2015

L-Epifanija tal-Mulej (B)
4 ta' Jannar 2015

3 Ħadd tal-Avvent (B)
14 ta' Diċembru 2014

2 Ħadd tal-Avvent (B)
7 ta' Diċembru 2014

1 Ħadd tal-Avvent (B)
30 ta' Novembru 2014

Il-Magħmudija tal-Mulej (A)
12 ta' Jannar 2014

L-Epifanija tal-Mulej (A)
5 ta' Jannar 2014

3 Ħadd tal-Avvent (A)
15 ta' Diċembru 2013

L-Immakulata Kunċizzjoni (A)
8 ta' Diċembru 2013

1 Ħadd tal-Avvent (A)
1 ta' Diċembru 2013

Il-Magħmudija tal-Mulej (C)
13 ta' Jannar 2013

L-Epifanija tal-Mulej (C)
6 ta' Jannar 2013

3 Ħadd tal-Avvent (C)
16 ta' Diċembru 2012

2 Ħadd tal-Avvent (C)
9 ta' Diċembru 2012

1 Ħadd tal-Avvent (C)
2 ta' Diċembru 2012

Magħmudija tal-Mulej (B)
9 ta' Jannar 2012

4 Ħadd tal-Avvent (B)
18 ta' Diċembru 2011

3 Ħadd tal-Avvent (B)
11 ta' Diċembru 2011

2 Ħadd tal-Avvent (B)
4 ta' Diċembru 2011

1 Ħadd tal-Avvent (B)
27 ta' Novembru 2011

Matul is-Sena

8 Ħadd ta' Matul is-Sena (Ċ)
3 ta' Marzu 2019

7 Ħadd ta' Matul is-Sena (Ċ)
23 ta' Frar 2019

6 Ħadd ta' Matul is-Sena (Ċ)
16 ta' Frar 2019

4 Ħadd ta' Matul is-Sena (Ċ)
3 ta' Frar 2019

3 Ħadd ta' Matul is-Sena (Ċ)
27 ta' Jannar 2019

2 Ħadd ta' Matul is-Sena (Ċ)
20 ta' Jannar 2019

Solennita ta' Kristu Sultan - Sena (B)
25 ta' Novembru 2018

32 Ħadd Matul is-Sena (B)
18 ta' Novembru 2018

31 Ħadd Matul is-Sena (B)
4 ta' Novembru 2018

30 Ħadd Matul is-Sena (B)
28 ta' Ottubru 2018

29 Ħadd Matul is-Sena (B)
21 ta' Ottubru 2018

28 Ħadd Matul is-Sena (B)
14 ta' Ottubru 2018

27 Ħadd Matul is-Sena (B)
7 ta' Ottubru 2018

Corpus (B)
3 ta' Ġunju 2018

5 Ħadd Matul is-Sena (B)
4 ta' Frar 2018

4 Ħadd Matul is-Sena (B)
28 ta' Jannar 2018

34 Ħadd Matul is-Sena (A)
26 ta' Novembru 2017

33 Ħadd Matul is-Sena (A)
19 ta' Novembru 2017

32 Ħadd Matul is-Sena (A)
12 ta' Novembru 2017

31 Ħadd Matul is-Sena (A)
5 ta' Novembru 2017

30 Ħadd Matul is-Sena (A)
29 ta' Ottubru 2017

29 Ħadd Matul is-Sena (A)
22 ta' Ottubru 2017

28 Ħadd Matul is-Sena (A)
15 ta' Ottubru 2017

27 Ħadd Matul is-Sena (A)
8 ta' Ottubru 2017

34 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
20 ta' Novembru 2016

33 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
13 ta' Novembru 2016

32 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
6 ta' Novembru 2016

31 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
30 ta' Ottubru 2016

30 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
23 ta' Ottubru 2016

29 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
16 ta' Ottubru 2016

28 Ħadd Matul is-Sena (Ċ)
9 ta' Ottubru 2016

10 Ħadd Matul is-Sena (C)
5 ta' Ġunju 2016

Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (C)
29 ta' Mejju 2016

It-Trinità Qaddisa (C)
22 ta' Mejju 2016

4 Ħadd Matul is-Sena (C)
31 ta' Jannar 2016

3 Ħadd Matul is-Sena (C)
24 ta' Jannar 2016

2 Ħadd Matul is-Sena (C)
17 ta' Jannar 2016

32 Ħadd Matul is-Sena (B)
8 ta' Novembru 2015

Solennita tal-Qaddisin Kollha
1 ta' Novembru 2015

29 Ħadd Matul is-Sena (B)
18 ta' Ottubru 2015

30 Ħadd Matul is-Sena (B)
18 ta' Ottubru 2015

28 Ħadd Matul is-Sena (B)
11 ta' Ottubru 2015

Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (B)
7 ta' Ġunju 2015

It-Trinita Qaddisa (B)
31 ta' Mejju 2015

5 Ħadd Matul is-Sena (B)
8 ta' Frar 2015

4 Ħadd Matul is-Sena (B)
1 ta' Frar 2015

3 Ħadd Matul is-Sena (B)
25 ta' Jannar 2015

2 Ħadd Matul is-Sena (B)
18 ta' Jannar 2015

Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha - Sena (A)
3 ta' Novembru 2014

30 Ħadd Matul is-Sena (A)
27 ta' Ottubru 2014

29 Ħadd Matul is-Sena (A)
20 ta' Ottubru 2014

28 Ħadd Matul is-Sena (A)
13 ta' Ottubru 2014

27 Ħadd Matul is-Sena (A)
6 ta' Ottubru 2014

7 Ħadd Matul is-Sena (A)
24 ta' Frar 2014

6 Ħadd Matul is-Sena (A)
16 ta' Frar 2014

5 Ħadd Matul is-Sena (A)
12 ta' Frar 2014

3 Ħadd Matul is-Sena (A)
26 ta' Jannar 2014

2 Ħadd Matul is-Sena (A)
19 ta' Jannar 2014

32 Ħadd Matul is-Sena (C)
10 ta' Novembru 2013

31 Ħadd Matul is-Sena (C)
3 ta' Novembru 2013

30 Ħadd Matul is-Sena (C)
27 ta' Ottubru 2013

29 Ħadd Matul is-Sena (C)
20 ta' Ottubru 2013

28 Ħadd Matul is-Sena (C)
13 ta' Ottubru 2013

27 Ħadd Matul is-Sena (C)
6 ta' Ottubru 2013

26 Ħadd Matul is-Sena (C)
29 ta' Settembru 2013

It-Trinità Qaddisa (C)
26 ta' Mejju 2013

2 Ħadd Matul is-Sena (C)
20 ta' Jannar 2013

32 Ħadd Matul is-Sena (B)
11 ta' Novembru 2012

31 Ħadd Matul is-Sena (B)
4 ta' Novembru 2012

30 Ħadd Matul is-Sena (B)
28 ta' Ottubru 2012

29 Ħadd Matul is-Sena (B)
21 ta' Ottubru 2012

28 Ħadd Matul is-Sena (B)
14 ta' Ottubru 2012

27 Ħadd Matul is-Sena (B)
7 ta' Ottubru 2012

26 Ħadd Matul is-Sena (B)
1 ta' Ottubru 2012

Il-Ġisem u d-Demm tal-Mulej (B)
10 ta' Ġunju 2012

It-Trinita Qaddisa (B)
3 ta' Ġunju 2012

7 Ħadd Matul is-Sena (B)
19 ta' Frar 2012

6 Ħadd Matul is-Sena (B)
12 ta' Frar 2012

5 Ħadd Matul is-Sena (B)
5 ta' Frar 2012

4 Ħadd Matul is-Sena (B)
29 ta' Jannar 2012

3 Ħadd Matul is-Sena (B)
22 ta' Jannar 2012

2 Ħadd Matul is-Sena (B)
15 ta' Jannar 2012

34 Ħadd Matul is-Sena - Kristu Sultan (A)
20 ta' Novembru 2011

33 Ħadd Matul is-Sena (A)
13 ta' Novembru 2011

32 Ħadd Matul is-Sena (A)
6 ta' Novembru 2011

31 Ħadd Matul is-Sena (A)
30 ta' Ottubru 2011

30 Ħadd Matul is-Sena (A)
23 ta' Ottubru 2011

29 Ħadd Matul is-Sena (A)
16 ta' Ottubru 2011

28 Ħadd Matul is-Sena (A)
9 ta' Ottubru 2011

27 Ħadd Matul is-Sena (A)
2 ta' Ottubru 2011

Randan u Għid

Tlugħ il-Mulej fis-Sema - Sena (Ċ)
2 ta' Ġunju 2019

6 Ħadd tal-Għid (Ċ)
26 ta' Mejju 2019

5 Ħadd tal-Għid (Ċ)
19 ta' Mejju 2019

3 Ħadd tal-Għid (Ċ)
5 ta' Mejju 2019

5 Ħadd tar-Randan (Ċ)
7 ta' April 2019

4 Ħadd tar-Randan (Ċ)
31 ta' Marzu 2019

3 Ħadd tar-Randan (Ċ)
24 ta' Marzu 2019

2 Ħadd tar-Randan (Ċ)
17 ta' Marzu 2019

Għid il-Ħamsin (B)
20 ta' Mejju 2018

7 Ħadd tal-Għid (B)
13 ta' Mejju 2018

4 Ħadd tal-Għid (B)
22 ta' April 2018

5 Ħadd tal-Għid (B)
20 ta' April 2018

3 Ħadd tal-Għid (B)
15 ta' April 2018

Ħadd il-Palm (B)
25 ta' Marzu 2018

5 Ħadd tar-Randan (B)
18 ta' Marzu 2018

4 Ħadd tar-Randan (B)
11 ta' Marzu 2018

3 Ħadd tar-Randan (B)
4 ta' Marzu 2018

2 Ħadd tar-Randan (B)
25 ta' Frar 2018

1 Ħadd tar-Randan (B)
18 ta' Frar 2018

6 Ħadd tal-Għid (A)
21 ta' Mejju 2017

5 Ħadd tal-Għid (A)
14 ta' Mejju 2017

4 Ħadd tal-Għid (A)
7 ta' Mejju 2017

3 Ħadd tal-Għid (A)
30 ta' April 2017

4 Ħadd tar-Randan (A)
26 ta' Marzu 2017

3 Ħadd tar-Randan (A)
19 ta' Marzu 2017

2 Ħadd tar-Randan (A)
12 ta' Marzu 2017

Pentekoste (C)
15 ta' Mejju 2016

Tlugħ il-Mulej fis-Sema (C)
8 ta' Mejju 2016

6 Ħadd tal-Għid (C)
1 ta' Mejju 2016

5 Ħadd tal-Għid (C)
24 ta' April 2016

4 Ħadd tal-Għid (C)
17 ta' April 2016

3 Ħadd tal-Għid (C)
10 ta' April 2016

Ħadd il-Palm (C)
20 ta' Marzu 2016

5 Ħadd tar-Randan (C)
7 ta' Marzu 2016

4 Ħadd tar-Randan (C)
6 ta' Marzu 2016

3 Ħadd tar-Randan (C)
28 ta' Frar 2016

2 Ħadd tar-Randan (C)
21 ta' Frar 2016

Pentecoste (B)
24 ta' Mejju 2015

Tlugħ il-Mulej fis-Sema (B)
17 ta' Mejju 2015

6 Ħadd tal-Għid (B)
10 ta' Mejju 2015

5 Ħadd tal-Għid (B)
3 ta' Mejju 2015

4 Ħadd tal-Għid (B)
26 ta' April 2015

3 Ħadd tal-Għid (B)
19 ta' April 2015

2 Ħadd tal-Għid (B)
12 ta' April 2015

5 Ħadd tar-Randan (B)
22 ta' Marzu 2015

4 Ħadd tar-Randan (B)
15 ta' Marzu 2015

3 Ħadd tar-Randan (B)
8 ta' Marzu 2015

2 Ħadd tar-Randan (B)
2 ta' Marzu 2015

1 Ħadd tar-Randan (B)
22 ta' Frar 2015

Pentecoste (A)
8 ta' Ġunju 2014

Tlugħ il-Mulej fis-sema (A)
1 ta' Ġunju 2014

6 Ħadd tal-Għid (A)
25 ta' Mejju 2014

5 Ħadd tal-Għid (A)
18 ta' Mejju 2014

4 Ħadd tal-Għid (A)
11 ta' Mejju 2014

3 Ħadd tal-Għid (A)
4 ta' Mejju 2014

2 Ħadd tal-Għid (A)
27 ta' April 2014

3 Hadd tar-Randan (A)
23 ta' Marzu 2014

2 Hadd tar-Randan (A)
16 ta' Marzu 2014

1 Ħadd tar-Randan (A)
9 ta' Marzu 2014

Pentekoste (C)
19 ta' Mejju 2013

Tlugħ il-Mulej fis-Sema (C)
12 ta' Mejju 2013

6 Ħadd tal-Għid (C)
5 ta' Mejju 2013

5 Ħadd tal-Għid (C)
28 ta' April 2013

4 Ħadd tal-Għid (C)
21 ta' April 2013

3 Ħadd tal-Għid (C)
14 ta' April 2013

2 Ħadd tal-Għid (C)
7 ta' April 2013

5 Ħadd tar-Randan (C)
17 ta' Marzu 2013

4 Ħadd tar-Randan (C)
10 ta' Marzu 2013

3 Ħadd tar-Randan (C)
3 ta' Marzu 2013

2 Ħadd tar-Randan (C)
24 ta' Frar 2013

1 Ħadd tar-Randan (C)
17 ta' Frar 2013

Pentekoste (B)
27 ta' Mejju 2012

Tlugħ il-Mulej fis-Sema (B)
20 ta' Mejju 2012

6 Ħadd tal-Għid (B)
13 ta' Mejju 2012

5 Ħadd tal-Għid (B)
6 ta' Mejju 2012

4 Ħadd tal-Għid (B)
29 ta' April 2012

3 Ħadd tal-Għid (B)
22 ta' April 2012

2 Ħadd tal-Għid (B)
15 ta' April 2012