News

L-ikla annwali ta’ San Martin

Nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru, is-Seminarju organizza għal darb’ oħra l-ikla annwali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Din hija waħda mill-ftit attivitajiet ta’ fund-raising li jagħmel is-Seminarju matul is-sena.  Waqt din l-ikla, hija drawwa li s-seminaristi jservu lill-mistiedna bħala waiters.  Nirringrazzjaw lid-diversi voluntiera li għenu lis-sorijiet jippreparaw l-ikel fil-kċina.  Nuru l-aprezzament tagħna wkoll lil diversi ħwienet u individwi li offrew prodotti u rigali li ttellgħu waqt l-ikla.  Fl-aħħar nett nirringrazzaw lin-numru sabiħ ta’ nies li għoġobhom jattendu.

Share it on