News

L-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat fil-Parroċċa tan-Nadur

thumbnail_20180304-0099emIs-seminaristi Andrew Grima (San Lawrenz), Daniel Mercieca (Rabat – Katidral) u Mario Mercieca (Rabat – Katidral) li jinsab fil-ħames sena ta’ formazzjoni, irċievew il-ministeru tal-Lettorat nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018.

Mons. Isqof Mario Grech istitwixxa lil dawn is-seminaristi f’dan il-ministeru waqt Quddiesa fil-knisja arċipretali tan-Nadur.  Diversi qassisin ikkonċelebraw waqt il-Quddiesa, fosthom il-formators tas-Seminarju.  Kienu diversi dawk li attendew għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Wara l-Vanġelu Andrew, Daniel u Mario ġew ippreżentati lil Mons. Isqof bħala kandidati għal dan il-ministeru.  Fl-omelija l-Isqof tkellem dwar il-bżonn li l-bniedem ikollu memorja tajba u ma jinsiex dak li għamel miegħu Alla. Irrefera għax-Shema Israel li dwiet fl-Antik Tetsment u ħeġġeġ lil-Letturi l-ġodda, li issa għandhom il-ministeru propju li jxandru l-Kelma fil-Liturġija biex permezz tal-istess kelma jgħinu lill-poplu ta’ Alla ma jitlifx il-memorja ta’ Alla. Wara l-prietka Mons. Isqof Mario Grech talab fuq il-kandidati u offrielhom l-Bibbja, filwaqt li sejħilhom sabiex ifasslu ħajjithom fuqha.

Ritratti

Share it on