Sorijiet Franġiskani

Il-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù kienet imwaqqfa f’Għawdex minn Dun Ġużepp Diacono u mill-Venerabbli Virginia Debrincat li, bħala soru Franġiskana ħadet l-isem ta’ Sr Margherita tal-Qalb ta’ Ġesù. Il-Kongregazzjoni imxiet fuq ir-regola tat-Terz Ordni Franġiskan u hija aggregata mal-Ordni tal-Franġiskani Minuri. Bħalissa fis-Seminarju jgħixu tliet sorijiet; Madre Sr Ġużeppina Farrugia, Sr Clementia Borg u Sr Mary Borg.