Gruppi fil-Komunità

Il-Kunsill Rapreżentattiv tas-Seminaristi (KRS)KRS LOGO
Dan il-kunsill jaħdem id f’id mal-formation team. Dan jiġi magħmul minn erba’ seminaristi, eletti kull sena minn fost is-seminaristi illi huma jirrappreżentaw. Il-President jgħin lill-viċi rettur fl-organizzazzjoni tal-ħajja komunitarja.

Il-Grupp Liturġiku
Dan il-grupp jorganizza l-Liturġija ta’ kuljum, is-sors tal-ħajja fil-Knisja, u jdawwal lis-seminaristi fl-ispirtu ewlieni għall-iżvilupp tal-komunità tas-seminarju fid-dawl tal-Koncilju Vatikan II.

Il-Grupp Vokazzjonali
Il-grupp vokazzjonali għandu l-irwol li jorganizza u janima laqgħat u attivitajiet vokazzjonali li jsiru kemm fis-seminarju kif ukoll fil-parroċċi, specjalment fost l-abbatini u l-adoloxxenti, bl-iskop li jippromwovi vokazzjonijiet għas-sacerdozju.

Il-Grupp Missjunarju
Dan il-grupp għandu l-iskop li jrawwem l-ispirtu missjunarju fost is-seminaristi u jqajjem kuxjenza karitattiva fi hdan din l-istess komunità. Huwa jservi wkoll bħala mezz ta’ kuntatt bejn is-Seminarju u Saċerdoti Għawdxin li qed jwettqu ħidma missjunarja f’pajjizi tat-tielet dinja.