Affiljazzjoni

IL-KONGREGAZZJONI
DWAR L-EDUKAZZJONI KATTOLIKA

(DWAR IS-SEMINARJI U L-ISTITUTI TAL-ISTUDJI)

 IL-KONGREGAZZJONI DWAR L-EDUKAZZJONI KATTOLIKA (DWAR IS-SEMINARJI U L-ISTITUTI TAL-ISTUDJI), wara li eżaminat bir-reqqa t-talba tal-Wisq Reverendu Majjistru Ġenerali tal-Ordni tal-Patrijiet Predikaturi, il-Kanċillier, li jippreżenta leġittimament, u approvat il-laqgħa li saret bejn l-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex u l-Wisq Reverendu Rettur tal-Università Ta’ San Tumas ta’ Aquino mwaqqaf f’Ruma u approvat minn din il-Kongregazzjoni; wara li sabet li fil-Kors Teoloġiku ta’ Erba’ Snin li jsir fis-Seminarju ta’ Għawdex bl-isem tal-Qalb l-Iktar Qaddisa Ta’ Ġesù, it-tagħlim li jingħata jaqbel man-normi kanoniċi u qiegħed jitmexxa ’l quddiem, filwaqt li taċċetta bil-qalb it-talba tal-Imsemmi Reverendissimu Kanċillier, l-istess

 KORS TEOLOĠIKU TA’ ERBA’ SNIN
TAS-SEMINARJU TA’ GĦAWDEX BL-ISEM TAL-QALB L-IKTAR QADDISA TA’ ĠESÙ

AFFILJAT

MAL-FAKULTÀ TEOLOĠIKA
TAL-UNIVERSITÀ PONTIFIĊJA TA’ SAN TUMAS TA’ AQUINO

b’dan id-digriet tistabilixxih u tiddikjarah għal għaxar snin għal dan l-uffiċċju, bis-setgħa mogħtija lil din il-Fakultà li tagħti l-grad ta’ Baċellerat fis-Sagra Teoloġija lil dawk l-istudenti li għamlu l-kors preskritt ta’ studju (can. 250 C.I.C.), li għaddew mill-eżamijiet speċjali taħt it-tmexxija u l-awtorità tal-istess Fakultà fid-dar tal-Fakultà jew Studju; skont ir-regoli li għandhom jiġu osservati, qabel xejn dawk in-normi partikulari meħtieġa għall-affiljazzjoni, li kienu iffirmati miż-żewġ naħat u approvati minn din l-istess Kongregazzjoni, sakemm ma jkun hemm xejn kontra.

Mogħtija Ruma, mid-dar tal-istess Kongregazzjoni, fl-24 tax-xahar ta’ Ġunju, fit-twelid ta’ San Ġwann Battista, tas-sena 2004.

CONGREGATIO
DE INSTITUTIONE CATHOLICA

(DE SEMINARIIS ATQUE STUDIORUM INSTITUTIS)

CONGREGATIO DE INSTITUTIONE CATHOLICA ( de Seminariss atque Studiorum Institutis), postulatione attenta Rev.mi Magistri Generalis Ordinis  Fratrum Prædicatorum, Magni Cancellarii, legitime præsentantis, perpensa  approbataque CONVENTIONE inter Exc.mum Episcopum Gaudisiensem et Rev.mum Rectorem Pontificiæ Universitatis Sancti Thomæ Aquinatis in Urbe inita et ab hac Congregatione approbata; cum compererit in Quadrienno Theologico apud Seminarium Gaudisiense sub titulo Sacratissimi Cordis Iesu vigentem, traditarum disciplinarum rationem canonicis normis conformari et cum diligentia promoveri, petitionem memorati Rev.mi Magni Cancellarii libenter suscipiens, idem

QUADRIENNIUM THEOLOGICUM
Seminarii Gaudisiensis sub titulo SACRATISSIMI CORDIS IESU

Faculati Theologicæ
Pontificiæ Universitatis Sancti Thomæ Aquinatis in Urbe

A F F I L I A T U M

pro munere hoc Decreto ad decennium constituit declaratque, collata Facultati potestate academicum Sacræ Theologiæ BACCALLAUREATUS gradum iis alumnis conferendi, qui, præscriptum studiorum curriculum (can. 250 C.I.C.) feliciter emensi, specialia pericula sub ductu et auctoritate eiusdem Facultatis in ædibus Facultatis vel Studii superaverint; servatis de iure servandis, in primis peculiaribus NORMIS ad affiliationem exsequendam, ab utraque parte subsignatis et ab ac eadem Congregatione approbatis, contrariis quibuslibet minime obstantibus.

Datum Romæ, ex ædibus eiusdem Congregationis, die XXIV mensis Iunii, in nativitate Sancti Ioannis Baptistæ, a. D.MMIV.