News

Il-Propedewtiċi jibdew il-formazzjoni tagħhom…

It-Tnejn 15 ta’ Ottubru – wara l-irtir ta’ tlitt ijiem li għamlu f’Manresa – ingħaqdu mal-komunità tas-Seminarju t-tliet studenti tal-Propedewtika.  Għal din is-sena l-esperjenza tal-Propedewtika ħadet xgħira diversa mill-esperjenzi preċedenti.  It-tliet propedewtiċi: Andrew Grima mill-parroċċa ta’ San Lawrenz f’San Lawrenz, Daniel Mercieca mill-parroċċa ta’ Marija Assunta fil-Belt Victoria u Mario Mercieca mill-parroċċa ta’ Marija Assunta fil-Belt Victoria, qed jgħixu fis-Seminarju.  Fr Michael Curmi, il-Viċi Rettur, hu responsabbli mill-formazzjoni tagħhom flimkien mad-Direttur Spiritwali Fr Alex Refalo.  Għalkemm qed jgħixu fl-istess kwartieri tas-seminaristi, huma għandhom programm partikulari għalihom.  Fil-fatt huma jingħaqdu biss mal-komunità għal tliet mumenti: il-quddiesa, l-adorazzjoni li ssir filgħaxija u ċ-ċena.

Share it on