News

Gabriel Gauci u Daniel Sultana jippreżentaw it-talba tagħhom għall-Ordinazzjoni

Request for ordination (17)It-Tnejn 8 ta’ April 2013 ġiet iċċelebrata s-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej (din ġiet trasferita mit-Tnejn 25 ta’ Marzu peress li ħabtet fil-Ġimgħa Mqaddsa).  Dakinhar s-seminaristi rritornaw fis-Seminarju mill-vaganzi tal-Għid għall-aħħar ġimgħat ta’ formazzjoni għal din is-sena.  Fl-okkażjoni ta’ din il-festa, filgħaxija, il-komunità ngħaqdet mal-pellegrini li żaru l-kappella tal-Lunzjata fir-Rabat, u magħhom iċċelebrat l-Ewkaristija.

 

 

 

Request for ordination (8)

Ir-Rettur tas-Seminarju, Dun Daniel Xerri, mexxa l-Quddiesa.  Hu bena l-omelija tiegħu fuq il-versett li ġie rrepetut fis-Salm Responsorjali: “Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek”.  Hi din ir-risposta, mgħixa fil-ħajja ta’ kuljum li timla bil-ferħ u l-paċi ’l-qalb tal-bniedem.  Hekk seħħ fil-ħajja kollha ta’ Ġesù, speċjalment fl-Ort tal-Ġetsemani.  Ġesù għex il-mument tal-Kalvarju b’paċi tal-qalb għaliex b’konvinzjoni għaraf jaċċetta r-rieda tal-Missier, u kien kommess li jwettaq din ir-rieda sal-aħħar.  L-istess ġara fil-ħajja ta’ Marija.  Hija wkoll wieġbet fl-affermattiv għall-missjoni kbira li Alla għoġbu jħabbrilha permezz tal-anġlu Gabrijel.  Ir-Rettur fakkar lil dawk preżenti li dawn il-personaġġi għandhom ikunu mudelli għal kull wieħed minna.  Aħna wkoll għandna nfittxu li nwettqu r-rieda ta’ Alla b’mod sħiħ fil-ħajja tagħna.

Request for ordination (11)Fi tmiem it-talb tal-fidili r-Rettur sejjaħ lid-Djaknu Gabriel Gauci sabiex jippreżenta t-talba tiegħu għall-ordinazzjoni presbiterali u lis-Seminarista Daniel Sultana biex jippreżenta t-talba għall-ordinazzjoni djakonali.  Huma għamlu dan filwaqt li l-kongregazzjoni ngħaqdet magħhom f’talba fis-skiet.

Ritratti 

Share it on