News

Festa Abbatini 2K19

Nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju, is-seminaristi t’Għawdex organizzaw “Festa Abbatini.” Din l-attività, li saret fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu, kienet miftuħa għall-abbatini kollha tad-djoċesi. Fil-5.30pm l-abbatini nġabru quddiem id-daħla tas-Santwarju fejn bdew b’laqgha li kienet tikkonsisti fi dramm qasir dwar il-ħajja ta’ Don Bosco. Permezz ta’ dan id-dramm rajna kif ħafna tfal iltiema sabu lil Don Bosco bħala missierhom. Ddon Bosco uriena wkoll x’rigal tana Alla meta tana lil Marija bħala ommna. Fl-okkażjoni tas-sena Marjana li qed niċċelebraw din is-sena fid-djoċesi, l-Isqof wassal messaġġ qasir lill-abbatini u wara stedinhom jidħlu fis-Santwarju fejn talbu għal aktar vokazzjonijiet bl-interċessjoni tal-Madonna ta’ Pinu.

Wara, it-tfal ħarġu mill-ġdid fuq iz-zuntier fejn kien hemm diversi attivitajiet divertenti għaddejjin, fosthom logħob sportiv, bouncy castles, xogħol tal-mużajk u xogħol fil-fuħħar. Ingħaqad magħna wkoll il-kor tat-tfal Madonna tas-Sokkors tal-parroċċa ta’ Kerċem flimkien ma’ Joseph Vassallo li tawna xi kanzunetti. L-attività ntemmet għall-ħabta tat-8pm.

Share it on