News

Attività għall-Abbatini u għall-Gruppi tal-Vokazzjonijiet

Nhar is-Sibt 15ta’ Diċembru filgħodu, l-abbatini tad-djoċesi tagħna kienu mistiedna għall-attività annwali tal-abbatini li ssir fis-Seminarju.  Il-laqgħa saret fis-salatas-Seminarju.  Fil-bidu nqrat ittra li kienet indirizzata lill-abbatini miġbura, miktuba minn Marija omm Ġesù.  Tul l-ittra Marija ħeġġet lit-tfal iħejju qalbhom biex fiha jitwieled Ġesù tarbija.

Wara,is-seminaristi qassmu lit-tfal fi tliet gruppi, organizzawlhom logħob adattat għall-okkażjoni u anki kien hemm bibita qasira.  Fl-aħħar tal-attività,is-seminaristi qassmu r-rigal tal-Milied imħejji minnhom għal din l-okkażjoni.Din is-sena r-rigal kien ktejjeb li jġib l-isem “L-Avventura tal-Abbati”. Il-ktieb ifisser il-Quddiesa pass pass u jgħin lill-abbati jifhem aħjar is-servizz li jwettaq tul il-Quddiesa.  Jinkludi wkoll spegazzjoni ta’ mkejjen sagri fil-knisja, oġġetti liturġiċi li jintużaw waqt il-Quddiesa u deskrizzjoni tal-ilbies liturġiku.

Min jixtieq akkwista kopja ta’ dan il-ktejjeb jista’ jkellem lil xi ħadd mis-seminaristi.

Share it on