Merħba

lill-ħbieb u lill-viżitaturi!

Huwa ta’ pjaċir għalina li naqsmu magħkom ftit informazzjoni dwar il-komunità tas-Seminarju u dwar il-programm ta’ formazzjoni bi tħejjiha għall-ħajja saċerdotali. Aktar minn sempliċi informazzjoni aħna nixtiequ naqsmu magħkom sa fejn hu possibli l-esperjenza tagħna, il-motiovazzjonijiet li wassluna hawn, l-ferħ li l-Mulej jagħtina f’li nimxu warajh, l-isfidi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, it-tama li tikkaratteriżża l-viżjoni għall-futur tal-Knisja fid-dinja tal-lum u fuq kollox l-imħabba ta’ Kristu li sejħilna u għażilna biex inkunu l-“ħbieb” tiegħu. (Ġw 15:15).

Tema tas-Sena

“Niżlet f’riġlejn il-Mulej tisimgħu” (cfr Lq 10:39)

Is-silta li din is-sena qed iddawwal u takkumpanja lill-komunità tas-Seminarju hija dik taż-żjara ta’ Ġesù lill-aħwa Marta u Marija fid-dar ta’ Betanja (Lq 10:38-42). Din il-paġna tal-Vanġelu hija rappreżentata fix-xbieha li ġiet imqiegħda fil-Kappella ħalli tfakkar ta’ kuljum fis-sejħa li għandna biex nikbru fir-rabta tagħna ma’ Kristu. Infatti, f’linja mat-tradizzjoni ikonografika, ix-xbieha tgħin lil min jaraha (jew aħjar, lil min jaqraha) sabiex jidħol aktar…

Aħbarijiet

Ġimgħa Marjana fis-Seminarju

Fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru kien hemm atmosfera ta’ ferħ fis-Seminarju minħabba ċ-ċelebrazzjoni tal-Festa tal-Immakulata Konċezzjoni, il-patruna tal-Kappella tas-Seminarju.
Il-programm kien jinkludi il-priedki tat-Tridu Marian minn Dun Roberto Gauci dwar il-virtujiet tal-Madonna, u t-talb tal-Għasar. Dan kien waqt il-ħin normali tat-talb, fis-7 ta’ filgħaxija.
Din il-Ġimgħa Marjana ssir aktar sinifikanti fil-kuntest tas-Sena Marjana mnedija fid-Djoċesi t’Għawdex…

‘Outreach Week’ fin-Nadur

Mit-Tnejn 25 ta’ Novembru sas-Sibt 1 ta’ Diċembru, is-seminaristi ħadu sehem f’Outreach Weekfil-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl in-Nadur. L-għan ta’ din l-attività kien li jġib…

Laqgħa dwar il-kura tal-ambjent

Nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Novembru, saret laqgħa fis-Seminarju dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-importanza tar-riċiklar u s-separazzjoni tal-iskart.  Din il-laqgħa tmexxiet mis-Sinjura Mary…

L-ikla annwali ta’ San Martin

Nhar is-Sibt 17 ta’ Novembru, is-Seminarju organizza għal darb’ oħra l-ikla annwali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Martin. Din hija waħda mill-ftit attivitajiet ta’ fund-raising li…