News

Tmiem l-ewwel semestru

IMG_7928Is-seminaristi temmew l-ewwel semestru għal din is-sena nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar. Bħal dejjem, tmiem ta’ perjodu ta’ studju jġib miegħu l-eżamijiet.  Dawn saru bejn l-Erbgħa 24 ta’ Jannar u l-Erbgħa 7 ta’ Frar.  Fi tmiem l-eżamijiet il-komunità kellha jumejn ta’ mistrieħ f’Malta.  B’dan il-mod kulħadd kien ippreparat biex jagħti bidu għat-tieni semestru ta’ studju, li beda nhar it-Tnejn 12 ta’ Frar.

Ritratti

Share it on