News

Tintemm is-Sena ta’ Formazzjoni 2017-2018

Il-Ħamis 14 ta’ Ġunju s-seminaristi temmew l-eżamijiet tagħhom.  Ta’ kull sena, dan il-mument jimmarka t-tmiem tas-sena ta’ formazzjoni.  Il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju s-seminaristi ngħaqdu mad-djaknu Joseph Hili f’jum l-ordinazzjoni presbiterali tiegħu fil-Katidral tal-Assunta. Is-Sibt u t-Tnejn huma kellhom xi laqgħat konklużivi u l-Quddiesa mmexxija minn Mons. Isqof Mario Grech. Kollox ġie fi tmiemu permezz ta’ festin li għalih kienu mistiedna l-ġenituri u l-familjari tas-seminaristi, flimkien mal-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju, il-ħaddiema u l-helpers tas-Seminarju. Wara dan, is-seminaristi bdew il-vaganzi tas-sajf. Waqt dan iż-żmien huma jistrieħu, iqattgħu aktar ħin mal-familji tagħhom, ikunu preżenti aktar fil-parroċċi u jagħmlu xi esperjenzi ta’ volontarjat.

Share it on