News

Il-komunità tas-Seminarju ta’ Malta żżur is-Seminarju ta’ Għawdex

28946900_2036629473226365_1742488379_oNhar is-Sibt 3 ta’ Marzu, is-seminaristi Maltin flimkien mal-formators tagħhom żaru s-Seminarju ta’ Għawdex.  Dan hu wieħed mill-ftit mumenti li fih is-seminaristi Maltin u Għawdxin jkollhom mument ta’ fraternità flimkien.

Ir-rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Malta, Dun Albert Buhagiar, mexxa l-quddiesa u wara ħadna l-kolazzjon flimkien u kellna mument fratern flimkien. Dun Richard, wera l-apprezzament tiegħu lill-komunità tas-Seminarju tal-Arċisqof, għaż-żjara tagħhom.

Ritratti

Share it on