Merħba

lill-ħbieb u lill-viżitaturi!

Huwa ta’ pjaċir għalina li naqsmu magħkom ftit informazzjoni dwar il-komunità tas-Seminarju u dwar il-programm ta’ formazzjoni bi tħejjiha għall-ħajja saċerdotali. Aktar minn sempliċi informazzjoni aħna nixtiequ naqsmu magħkom sa fejn hu possibli l-esperjenza tagħna, il-motiovazzjonijiet li wassluna hawn, l-ferħ li l-Mulej jagħtina f’li nimxu warajh, l-isfidi li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, it-tama li tikkaratteriżża l-viżjoni għall-futur tal-Knisja fid-dinja tal-lum u fuq kollox l-imħabba ta’ Kristu li sejħilna u għażilna biex inkunu l-“ħbieb” tiegħu. (Ġw 15:15).

Tema tas-Sena

“Niżlet f’riġlejn il-Mulej tisimgħu” (cfr Lq 10:39)

Is-silta li din is-sena qed iddawwal u takkumpanja lill-komunità tas-Seminarju hija dik taż-żjara ta’ Ġesù lill-aħwa Marta u Marija fid-dar ta’ Betanja (Lq 10:38-42). Din il-paġna tal-Vanġelu hija rappreżentata fix-xbieha li ġiet imqiegħda fil-Kappella ħalli tfakkar ta’ kuljum fis-sejħa li għandna biex nikbru fir-rabta tagħna ma’ Kristu. Infatti, f’linja mat-tradizzjoni ikonografika, ix-xbieha tgħin lil min jaraha (jew aħjar, lil min jaqraha) sabiex jidħol aktar…

Aħbarijiet

MR, MRS, MX – It-teorija tal-gender

Is-Seminarju organizza seminar ta’ aġġornament lil dawk li kienu interessati jkunu jafu iktar dwar it-teorija tal-gender. Is-seminar kien jinkludi 5 sessjonijiet li saru kull nhar ta’ Ħamis fis-Seminarju stess. L-attendenza kienet numeruża u żgur li kull min attenda rċieva nformazzjoni utli ħafna fid-dinja tal-lum.

Laqgħa vokazzjonali fl-Oratorju Don Bosco

Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ April, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vokazzjonijiet is-seminaristi tal-ewwel u tat-tieni sena qasmu l-esperjenzi vokazzjonali tagħhom mal-gruppi tal-adoloxxenti u…

Laqgħa ta’ Formazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kanċer

Nhar l-Erbgħa 11 ta’ April saret laqgħa ta’ formazzjoni mit-Tabiba Josette Rapa, fuq kif wieħed jista’ jippreveni l-kanċer. Hi tkellmet fuq diversi aspetti marbuta mal-kanċer u…

Ir-Randan fis-Seminarju

Iż-żmien liturġiku tar-Randan, minnu nnifsu hu żmien li jitlob eżerċizzju fit-talb, fis-sawm u fil-karità.  Is-Seminarju, għal din is-sena wkoll, offra l-opportunitajiet kollha biex…