God is Calling

 

 

Talba f’Salib it-Toroq

Mulej,

Missier u Sid ta’ kull żmien,
issa li ninsab f’salib it-toroq ta’ ħajti
nitolbok biex turini r-rieda tiegħek
ħalli nagħraf it-triq li int ħejjejt għalija.

Għax il-Kelma tiegħek hi dawl
li jurini l-mogħdija
minn fejn għandi ngħaddi.
Kull ma nitolbok hu
li turini x’għandi nagħmel
u tagħtini l-kuraġġ biex nagħmlu.

Agħti d-dawl lil għajnejja,
u s-saħħa lil riġlejja,
biex nimxi id f’id miegħek
u niġi fejn tmexxini int.
Ammen.

Marija,
Omm il-vokazzjonijiet:
Itlob għalija.